how to build rubble walls
"The book, Il-Hitan tas-Sejjieh, covers the history and tradition of the walls and gives guidelines for their construction. Detailed illustrations show the various methods that should be used for different scenarios, including drainage holes, inclines and walls between fields of differing levels."
|
"Il-ħitan tas-sejjieħ jiddominaw ix-xena rurali ta’ pajjiżna. Ħafna minnhom jinstabu f’kundizzjoni tajba ħafna, imma hemm xi wħud li spiċċaw ħazin. Dan minħabba l- vandaliżmu, it-traffiku u n-nuqqas ta’ manutenzjoni. Ftit li xejn hawn min jaf jibni ħajt tas-sejjieħ, u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jonqsu dawn il-bennejja tagħhom.
Il-ħajt tas-sejjieħ jieħu l-karattru ta’ min ikun bnieh. Dan jidher mid-daqs tal-ġebel użat, mill-forma tal-ġebel li juża l-bennej, mit-tip ta’ ġebla, mill-alinjament tal-ħajt u mir-relazzjoni ta’ xi ħitan ma’ ta’ madwarhom. Ikun hemm ħitan li nbnew minn xi bidwi u mbagħad ħafna snin wara jiġu msewwija minn xi bidwi ieħor ħafna ġenerazzjonijiet wara, saħansitra ġieli jgħaddu xi mitt sena jew mitejn. Dan il-ktieb għandu jintuża minn dawk li huma interessati li jħarsu x-xena rurali ta’ pajjiżna sabiex iżommu ħajja l-kultura tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ." Il-Hitan tas-Sejjieh, 2005
|